COVID-19
Żewġ anzjani jmutu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li mara ta’ 90 sena u raġel ta’ 99 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19.

B’dan l-imwiet telgħu għal 455 il-vittmi li tilfu ħajjithom f’pajjiżna mindu feġġet il-pandemija.

Mill-aħħar aġġornament jirriżulta li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 22 każ ġdid waqt li fiequ 32 biex issa n-numru ta’ każijiet issa huwa ta’ 574.