Barranin
Żewġ astronawti Amerikani se jinżlu lura fid-dinja llum

L-astronawti Amerikani Doug Hurley u Bob Behnken mistennija jinżlu fil-baħar ‘il barra mill-kosta ta’ Florida llum, hekk kif iktar kmieni telqu mill-istazzjon spazjali fil-kapsula Dragon Endeavour.

Jekk l-astronawti jinżlu b’wiċċ il-ġid ikun ifisser li l-Istati Uniti għal darb’ oħra għandhom mezz kif itellgħu n-nies fl-ispazju u jerġgħu jniżżluhom, wara li fl-2011 il-pajjiż kien irtira dawn ix-shuttles.

Hurley u Behnken telqu lejn l-istazzjon spazjali fl-aħħar ta’ Mejju permezz ta’ Falcon-9 rocket, fuq missjoni kordinata min-NASA u mill-kumpanija SpaceX.

In-NASA mhux se tibqa’ tuża t-trasport tagħha għal mawriet fl-orbita terrestri baxxa, iżda minflok se tibda tixtri dan is-servizz minn terzi, bi SpaceX tkun l-ewwel kumpanija li offriet dan is-servizz.