Solidarjetà
Żewġ atleti jiġbru €50,000 għall-edukazzjoni tal-immigranti

Permezz ta’ sfida li għamlu żewġt iħbieb billi ġrew 190km f’35 siegħa, inġabru €50,000 li se jmorru għall-opportunitajiet edukattvii għal studenti immigranti. Is-somma li nġabret hija mat-tliet darbiet aktar mill-mira oriġinali.

Huma temmew l-isfida li għamlu f’xemx taqli l-ankri fis-26 ta’ Lulju u nkoraġġew lill-pubbliku biex jibqgħu jagħtu d-donazzjonijiet permezz tas-sit https://www.1run.mt sal-aħħar ta’ Awwissu.

L-appell tal-atleti, il-konsulent fl-ospitalità Claudio Camilleri u Kap Eżekuttiv Patrick Tabone għad-donazzjonijiet, intlaqa’ fost oħrajn mill-Fondazzjoni Alf Mizzi li tellgħet l-ammont globali għal €50,000.

L-atleti rringrazzjaw lil Fondazzjoni li qalu sa mill-bidu, ikkommettiet ruħha fl-isforzi tagħhom biex jiġbru l-fondi. Fi stqarrija ntqal li dawn il-fondi se jmorru għall-programmi edukattvi li jmexxu l-JRS u Kopin Malta li jassiguraw li l-immigranti żgħar ikollhom aċċess għat-tagħlim, tablets, laptops, kotba u ħlasijiet tal-eżamijiet fost oħrajn.

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Julian Sammut qal li l-Fondazzjoni temmen fl-edukazzjoni għal kulħadd u jinsabu kuntenti li Claudio u Patrick laħqu l-mira tagħhom għal din il-kawża.

Dominik Kalweit minn Kopin faħħar id-dikjarazzjoni pożittiva li għamlu dawn iż-żewġ atleti favur solidarjetà mat-tfal u żgħażagħ refuġjati f’Malta.

Id-Direttur ta’ JRS Malta Katrine Camilleri qalet li dawn il-fondi se jkompli jgħinu lir-refuġjati jibnu ħajjithom u jkollhom aċċess għall-opportunitajiet edukattivi li għandhom bi dritt.