Kronaka
Żewġ ċiklisti jindarbu gravi f’ħabta ma’ karozza fl-Imġarr

Żewġ ċiklisti sofrew ġrieħi gravi wara li dalgħodu kienu involuti f’inċident fl-Imġarr. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident f’Telgħet tad-Dwejra għall-ħabta tat-8.00am.

Mill-ewwel investigazzjoni irriżulta li tliet ċiklisti ħabtu ma’ karozza Citroen C1, li kienet misjuqa minn Albaniż ta’ 32 sena.

Iċ-ċiklisti, Malti ta’ 44 sena residenti l-Qrendi, u żewġ Taljani; wieħed ta’ 33 sena u l-ieħor ta’ 40 sena, ingħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard, filwaqt li it-Taljan ta 33 sena ma rċeviex aktar kura, it-tnejn l-oħra ġew ċċertifikati bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.