Trasport
Żewġ faċilitajiet b’servizz aħjar għat-trasport bil-baħar minn u lejn il-Belt

Proġetti identiċi fix-xtut ta’ Bormla u ta’ Tas-Sliema. Infrastracture Malta qed tibni żewġ faċilitajiet li se joffru servizz aħjar u aktar effiċjenti għat-trasport bil-baħar minn u lejn il-Belt.

Fix-xatt ta’ Bormla qed jinbnew pilastri taħt l-ilma li se jżommu pjattaforma għal faċilitajiet ġodda għas-servizz tat-trasport bil-baħar bejn il-Kottonera u l-Belt. L-istess qed isir fix-xatt ta’ tas-Sliema għas-servizz minn u lejn Marsamxett b’xogħlijiet li jaħsbu wkoll għall-maltemp.

Taħt l-istruttura jkun hemm numru ta’ bolders biex fi ġranet li fihom tkun qed topera d-dgħajsa u l-baħar ikun iktar imqalleb ikun jista’ jitkisser il-mewġ.

Il-Perit ta’ Infrastructure Malta Janice Borg spjegat li l-ewwel fażi tax-xogħol kienet taħt il-livell tal-ilma.

”Qed jitpoġġew blokki tal-konkos taħt l-ilma permezz tal-għaddasa, qed jiġu invellati fuq blokki li diġà hemm, qed nagħmlu blokka fuq blokka u ‘l quddiem se jintrabat kollox permezz ta’ pile u tinbena il-pjattaforma biex tgħaqqad kollox f’daqqa.”

Il-proġetti f’Bormla u f’Tas-Sliema jsegwu dak li sar f’Marsamxett is-sena l-oħra fejn ġew mmodernizzat il-faċilitajiet tal-irmiġġ, u nbnew strutturi u rampi aktar siguri u aċċessibbli biex il-passiġġieri jirkbu u jinżlu mil-laneċ b’aktar kumdità.

Il-Perit Borg qalet li Infrastructure Malta qed tippjana t-tieni fażi tal-proġett f’Marsamxett li tinkludi faċilità ta’ iktar minn irmiġġ wieħed u struttura ta’ kenn għall-passiġġieri. Żiedet li minħabba li mhux il-postijiet kollha jinsabu fil-kenn kellhom jittieħdu miżuri oħra.

”Marsamxett qed naraw mizuri ikbar bħala portata. Qed nikkunsidraw li jkun hemm breakwater zgħir biex id-dgħajsa tistkenn warajħ.”

Il-moll il-ġdid f’Tas-Sliema se jkun ta 1,326 metru kwadru li se jserraħ fuq 182 blokka tal-konkos. Il-moll f’Bormla huwa iżgħar 560 metru kwadru magħmul minn 150 blokka tal-konkos. Il-Perit Borg qalet li l-faċilitajiet se jtejbu l-aċċessibiltà kif ukoll postijiet fejn il-passiġġieri jkunu jistgħu jistkennu sa ma jitilgħu fuq il-lanċa.

Ix-shelter qed inħarsu lejn struttura permanenti – lightweight – jiġfieri tal-ħadid mhux mibnija massiċċa u għandha ħafna mill-ġnub tagħha miftuħin biex ma tidhirx bħala binja sħiha u massiċċa.

Il-Perit qalet li dawn il-proġetti se jiswew mal-ħames miljun ewro, b’ko finanzjament tal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Annimali

Boton qtates ta’ sbatax tħalla abbandunat quddiem bieb ta’ santawarju tal-qtates f’Bormla. Il-Voluntiera tas-santwarju CSAF qalu li jħossuhom irrabjati li mhux biss għax dawn il-frieħ ġew mormija, iżda setgħu tgħaffġu…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna flimkien mal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqgħu mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-budget ta’ rkupru li se jitħabbar nhar it-Tnejn 8…

Aktar