Lokali
Żewġ żgħażagħ Maltin b’esperjenza fl-istituzzjonijiet Ewropej

Il-Ministeru għall-Ugwaljanza u Affarijiet Ewropej għaddej b’kampanja biex iħajjar impjegati mas-servizz pubbliku biex ikunu sekondati ma’ istituzzjonijiet Ewropej. L-għan hu li aktar Maltin jiksbu esperjenza diretta ta’ kif jaħdmu l-istituzzjonijiet Ewropej u eventalment jużawha f’ħidmithom f’Malta.

Żewġ żgħażagħ Maltin qed iqattgħu esperjenza ta’ sena f’żewġ istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni Ewropea.

Wara sejħa għal applikazzjonijiet, Francesca Xerri ntgħażlet biex taħdem mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fis-Serbja, wieħed mill-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hija se tkun inkarigata li tħejji dossier għall-Kummissjoni Ewropea fuq kif il-liġijiet ta’ dan il-pajjiż f’diversi oqsma jitqabblu ma dawk tal-Unjoni Ewropea.

Francesca Xerri qal li “l-Ewropa fil-ħajja tagħna kollha, tesperjenzaha first hand tista’ tgħinek f’kull xogħol li tista’ tagħmel skills diplomacy, kif se jkunu fuq xogħol tiegħi, jistgħu jintużaw f’ħafna esperjenzi ta’ xogħol”.

Lisa Tonna se tibda esperjenza bħala parti mid-delegazzjoni tas-Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna li huwa l-korp diplomatiku tal-Unjoni Ewropea. Hija ser tkun ibbażata fl-Albanija fejn ser issegwi l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni Ewropea f’dan il-pajjiż.

Lissa Tonna qalet li “first of all it is a challenge. Worked for euro med corporation,  balkans is new challenge for me. Confidence I would have gained in delegation could help me go to other delegations be open to new opportunities.”

Kelliema għall-Ministeru għall-Ugwaljanza u l-Affarijiet Ewropej qalet li l-Gvern għaddej b’ħidma biex iħajjar persuni mis-servizz pubbliku biex ikunu sekondati mal-istituzzjonijiet Ewropej. Il-mira hi li Malta tkompli tkabbar l-għarfien dwar kif dawn l-istituzzjonijiet jaħdmu u kif Malta tista’ tkompli tagħmel suċċess mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.