Immigrazzjoni
Żewġ immigranti li kienu fi kwarantina jaħarbu miċ-ċentru tal-Marsa

Sorsi qalu lil tvm.com.mt li lbieraħ wara nofsinhar ħarbu żewġ immigranti li kienu fi kwarantina fiċ-ċentru tal-Marsa.

L-immigranti, it-tnejn irġiel, irriżultaw negattivi għall-Covid-19 iżda kien fadlilhom joqgħodu xi ftit jiem oħra fi kwarantina.

tvm.com.mt jinsab infurmat ukoll li għaddejja tfittxija għal dawn l-immigranti.

Aktar dettalji dalwaqt.