Kronaka
Żewġ inċidenti f’temp ta’ ftit ħin waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel f’Għawdex

It-tiġrijiet taż-żwiemel f’Għawdex ilbieraħ raw żewġ inċidenti f’inqas minn tliet sigħat.

Wara li għall-ħabta tat-8.00 tal-bieraħ filgħaxija anzjana weġġgħet gravi meta ttajret minn żiemel, għall-ħabta tal-10.30 reġa’ seħħ inċident ieħor meta żiemel sfratta u daħal fuq in-nies.

TVM infurmat li hemm madwar seba’ persuni li weġġgħu fit-tieni inċident, iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa. Wara dan l-inċident it-tiġrijiet twaqqfu.

Il-Pulizija kkonfermat li kien seħħ inċident ieħor, iżda f’dan l-istadju ma setgħetx tagħti d-dettalji tal-każ.

Iktar informazzjoni fil-ħin li ġej.

Ara wkoll:

Anzjana tweġġa’ gravi wara li ttajret waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel f’Għawdex

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Koppja li ftit tax-xhur ilu adottat tifel mill-Indja esprimiet il-ferħ tagħha fuq is-siti soċjali, kif ukoll wasslet messaġġ biex it-tfal jiġu mgħallma iktar dwar id-diversita’, b’mod partikolari mill-ġenituri stess. Biex…

Kronaka

Viżibilment taħt xokk, Joseph Attard li lbieraħ kien fil-mira tal-ħalliel fil-ħanut tiegħu f’Ħaż-Żabbar, irrakkonta ma’ TVM kif hu, flimkien ma’ żewġt iħbieb tiegħu rreżistew il-ħalliel li anke spara b’arma tan-nar….

Kunsilli Lokali

Il-kunsilli ser ikollhom pubblikazzjoni maħsuba apposta biex tgħinhom jiksbu fondi addizzjonali minn programmi tal-Unjoni Ewropea. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u DAaron Farrugia u s-Sur Parnis. Iż-żewġ Segretarji Parlamentari,…

Kronaka

Kuntistabbli tal-Pulizija stazzjonat fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga llejla ngħata l-kura fl-isptar wara li sofra xi ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Il-każ ħareġ fil-pubbliku permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ facebook…

Aktar