Żewġ irġiel iweġġgħu gravi f’żewġ inċidenti separati wara li waqgħu mill-għoli

Żewġ inċidenti separati imma simili wara s-1 p.m. waslu biex żewġt irġiel ġarbu ġrieħi gravi wara li waqgħu minn għoli ta’ madwar sular.

Raġel ta’ 22 sena minn Ħaż-Żabbar indarab fi Triq il-Qawra f’San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel l-ieħor ta’ 35 sena minn Ħaż-Żebbuġ indarab fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Huma ttieħdu l-isptar għall-kura.