Qorti
Żewġ irġiel jinżammu arrestati fuq akkużi ta’ traffikar ta’ kokaina

Żewġ irġiel inżammu arrestati wara li tressqu quddiem il-Qorti akkużati b’pussess u traffikar ta’ kokaina, wara li din instabet fil-vetturi tagħhom.

Huma kienu akkużati wkoll li nqabdu bid-droga f’distanza ta’ 100 metru minn skola.

Tristan Cassar ta’ 23 sena, li qal li ma jaħdimx u Jerome Azzopardi, wkoll ta’ 23 sena, li qal li jaħdem għal rasu fl-industrija tal-films, it-tnejn wieġbu mhux ħatja.

Id-difiża għamlet talba ghall-ħelsien mill-arrest, fosthom għax m’hemmx biża’ ta’ tbagħbis tal-provi u m’hemmx xhieda pajżana.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba għax argumentat li ż-żgħażagħ kisru l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest f’sentenzi mogħtija f’April li għadda f’kawżi separati.

Il-Maġistrat Nadine Lia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taż-żewġ żgħażagħ minħabba l-akkużi gravi fil-konfront tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Aktar