COVID-19
Żewġ irġiel ta’ 98 u 67 sena jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ raġel ta’ 98 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 67 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni; il-ħasil tal-idejn b’mod frekwenti, distanza soċjali u l-użu tal-maskri biex b’hekk nissalvagwardjaw lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta tagħna.