Kronaka
Żewġ karozzi jinqalbu fil-bypass tal-Imrieħel

Inċident f’tarf il-bypass tal-Imrieħel dalgħodu spiċċa b’żewġ karozzi maqluba.

Il-Pulizija qalet lil TVM li kienet infurmata bl-inċident fi Triq in-Nutar Zarb għall-ħabta tad-9.00am.

Fl-inċident kien hemm involuti vettura tal-għamla Nissan Juke misjuqa minn raġel ta’ 26 sena minn San Pawl il-Baħar u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Ħal Qormi.

Mill-ewwel tagħrif jidher li ħadd ma weġġa’ b’mod serju, madankollu s-sewwieq tan-Nissan mar f’poliklinika minħabba xi ġrieħi.

Kawża tal-inċident inħolqot konġesjoni ta’ traffiku fl-inħawi.