
Illum kienu kkonfermati żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta minn 611 swab li saru, biex it-total ta’ persuni li rriżultaw pożittivi laħaq 447. Sittin fil-mija tagħhom huma rġiel u 40 fil-mija huma nisa.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Cgarmaine Gauci llum qalet li hemm 19-il persuna oħra mfejqa, biex b’hekk l-ammont ta’ nies li fiequ huwa ta’ 223, li jfisser li l-każijiet attivi huma ta’ 221.
Żewġ persuni li fiequ għandhom inqas minn 9 snin u tnejn oħra għandhom bejn 20 u 29 sena. Ħames persuni milli fiequ għandhom bejn 30 u 39 sena, erbgħa għandhom bejn 40 u 49 sena, tlieta bejn 50 u 59 sena u tlieta oħra bejn 60 u 69 sena.
Il-każi pożittivi jinkludu carer mara ta’ 60 sena f’dar tal-anzjani li nstabet pożittiva qabel ma kien se jinbidel ix-shift u għalhekk ma daħlitx għax-xogħol. Il-Professur Gauci qalet li dan kien każ bla sintomi u li magħha kellha biss kuntatt wieħed li qed fi kwarantina.
Il-każ l-ieħor huwa raġel ta’ 43 sena li baqa’ jmur għax-xogħol u jaħdem fl-uffiċju privat anki meta kellu s-sintomi. Il-Professur Gauci qalet li qed isir contact tracing mal-kollegi tax-xogħol tiegħu u mal-familja tiegħu.
Ara l-konferenza hawn:
Ara wkoll:
“Nistgħu ngħidu li ħriġna minnha biss meta jkollna l-vaċċin”
Persuni li jfiqu mill-Covid-19 mhumiex ta’ riskju għal ħaddieħor