COVID-19
Żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19, 8 oħra mfejqa

Bejn ilbieraħ u llum kienu kkonfermati żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 1,113-il test.

Is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li mill-bieraħ ‘l hawn 8 persuni oħra ġew iddikjarati mfejqa. Minn nhar il-Ġimgħa sallum. ġew iddikjarati mfejqa b’kollox 48 persuna.

It-total ta’ persuni li ttestjaw pożittiv għal Covid-19 huwa ta’ 622, li minnhom 51 għadhom attivi.

Il-Professur Charmaine Gauci tat id-dettalji tal-każijiet li rriżultaw pożittivi minn nhar il-Ġimgħa.

Il-Ġimgħa rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 żewġ barranin – wieħed Ingliż ta’ 77 sena li kien pazjent fl-isptar Karin Grech. Hu kellu d-deni fid-29 ta’ Mejju u għaddejja investigazzjoni dwar dan il-każ. Il-każ l-ieħor hu ta’ raġel Pakistani li jgħix Malta u rritorna fuq titjira ta’ ripatrijazzjoni lejn Malta fis-27 ta’ Mejju. Il-Professur Gauci qalet li dan kien diġà fi kwarantina.

Is-Sibt ma kien hemm l-ebda każ ġdid u l-Ħadd kien hemm każ wieħed. Din kienet mara ta’ 23 sena li fil-31 ta’ Mejju kellha d-deni, uġigħ ta’ ras u tal-muskoli. Il-Professur Gauci qalet li din il-mara ma kinetx qed taħdem.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li t-Tnejn irriżultat pożittiva għall-Covid-19 mara Indjana li hija parti minn grupp ta’ carers f’Karin Grech li jgħixu fl-istess appartament u li kienu fi kwarantina.

Il-Professur Gauci qalet li ż-żewġ każijiet ġodda tal-aħħar 24 siegħa huma l-mara u l-bint ta’ sena u xahrejn tal-Pakistani li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 il-Ġimgħa. Qalet li dawn kienu waslu Malta fid-19 ta’ Mejju u għaddew minn Frankfurt. Huma diġà kwarantina u bdew juru sintomi wara li ngħaqad magħhom ir-raġel fil-bidu ta’ Ġunju. Il-Professur Gauci qalet li l-probabiltà hi li l-mara u l-bint ħadu l-virus mir-raġel.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li minn nhar il-Ġimgħa l-pajjiż se jidħol f’fażi oħra u bir-responsabilità ta’ kulħadd, il-każijiet ġodda ta’ Covid-19 jibqgħu ikunu baxxi. Żiedet tgħid li hi se tibda tgħaddi l-informazzjoni lill-ġurnalisti b’mezzi oħra u mhux aktar permezz ta’ bulettin mediku f’konferenza tal-aħbarijiet li tixxandar dirett.

Tista’ ssegwi l-konferenza hawn:

Aġġornament mid-Direttorat għas-Saħħa Pubblika għat-3 ta' Ġunju 2020

Gepostet von Television Malta am Mittwoch, 3. Juni 2020

Ara wkoll:

S’issa ma ħareġ ħadd pożittiv għall-Covid-19 b’rabta maċ-ċelebrazzjoni fuq il-Fosos

Inqas tfal fiċ-child care centres u fi gruppi li ma jinbidlux

B’rata ta’ trażmissjoni taħt 0.5 persuni vulnerabbli jistgħu joħorġu anki għax-xogħol

Sa 75 f’post wieħed u mhux iktar minn persuna għal kull 4 metri kwadri

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar