COVID-19
Żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 4 oħra mfejqa

Is-Supretendent tas-Saħħa, Charmaine Gauci kkonfermat żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta.

Dawn il-każijiet ħarġu wara li lbieraħ saru 1,392 swab test. B’hekk s’issa f’Malta kellna 484 każ tal-COVID-19.

Prof Gauci qalet li fiequ 4 pazjenti oħra, u dan ifisser li issa hemm 407 persuni li fiequ u 72 każ attiv.

Il-każijiet il-ġodda huma mara Maltija ta’ 30 sena li bdiet bis-sintomi ta’ uġigħ ta’ ras, uġigħ fi griżmejha, uġigħ fil-ġogi u għejja fl-4 ta’ Mejju. Hi ma kinetx taħdem u qed isir contact tracing tal-membri tal-familja tagħha.

Il-każ l-ieħor hu ta’ mara Filippina ta’ 32 sena, li hija carer f’Karin Grech. Il-Professur Gauci qalet li dan hu każ relatat mal-każ tal-anzjan ta’ 81 sena li miet ilbieraħ. Qalet li saru 15-il test fuq il-pazjenti li kienu fl-istess sala tal-anzjan u 56 test fuq staff li seta’ kellhom kuntatt mal-anzjan u li kollha ħarġu negattivi.

Persuna mill-erbgħa li ġew iddikjarati mfejqa, għandha bejn 10 u 19-il sena, tnejn oħra għandhom bejn 20 u 29 sena u persuna oħra għandha bejn 40 u 49 sena.

Dwar il-każi fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li kien hemm b’kollox 50 każ u minnhom fiequ 21 ruħ. Qalet li dawn għamlu wkoll is-sebat ijiem oħra kwarantina wara li ġew dikjarati li fiequ u ħelsu għal kollox mill-virus. Qalet li dawn l-immigranti issa qegħdin f’post ieħor fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far taħt it-tmexxija tal-AWAS.

Il-Professur Gauci qalet li hemm 19-il immigrant ieħor li ġew dikjarati mfejqa u qed jistennew li jgħaddu s-sebat ijiem addizzjonali kwarantina. Qalet li b’hekk fadal 10 immigranti oħra li għadhom qed isegwuhom. Qed isegwu wkoll l-immigranti fi kwarantina li 42 minnhom diġà għamluha u nħarġu minn kwarantina filwaqt li għadhom qed isegwu l-bqija.

Segwi l-konferenza tal-aħbarijiet mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika hawnhekk:

Aġġornament mid-Direttorat għas-Saħħa Pubblika għas-6 ta' Mejju 2020

Aġġornament mid-Direttorat għas-Saħħa Pubblika għas-6 ta' Mejju 2020

Gepostet von Television Malta am Mittwoch, 6. Mai 2020

Ara wkoll:

Tista’ terġa’ tilbes il-maskra fl-istess jum?

Ma nħallux Jum l-Omm ikun il-kaġun li npoġġu lill-ommijiet tagħna fil-periklu

Irid jgħaddi ż-żmien biex tittieħed deċiżjoni dwar il-futbol

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

Aktar