Żewġ kuġini akkużati li ttraffikaw id-droga kannabis

Żewġ kuġini ingħataw il-libertà proviżorja wara li wieġbu li mhumiex ħatja li ttraffikaw kilogramm ta’ ħaxixa tal-kannabis.

Malcolm Brincat ta’ 22 sena minn Birkirkara ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €10,000 filwaqt li kuġinuh Kenneth Brincat ta’ 27 sena minn Ħ’Attard ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €8,000 u garanzija personali ta’ €12,000.

Il-kuġini kienu akkużati wkoll b’pussess ta’ ammonti żgħar ta’ droga kokaina u drogi oħra fosthom ecstasy bl-intenzjoni li jitraffikawhom.

Il-Pulizija qalet li d-drogi nstabu fil-karozza ta’ Kenneth Brincat u fil-garaxx li jintuża miż-żewġ akkużati.

L-ewwel li kien arrestat kien Malcolm Brincat li wassal lill-pulizija biex jarrestaw ukoll lil kuġinuh.

Ara wkoll: Żewġ żgħażagħ arrestati fuq traffikar ta’ droga f’Birkirkara

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Ministru tal-Ambjent, Jose Herrera, ħabbar ristrutturar fl-aġenzija Ambjent Malta. Dr Herrera qal li din se tersaq aktar lejn iċ-ċentru tal-politika tal-pajjiż, iżda ma kkonfermax li se tinbidel f’awtorità. Żied jgħid…

Kronaka

Ħaddiem weġġa’ serjament f’San Ġwann meta waqa’ fuqu numru ta’ ħadid. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 ġo fabbrika li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann. Ir-raġel huwa Libjan ta’ 26 sena, residenti…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ 56 immigrant iddaħħlu f’Malta llum waranofsinhar abbord patrol boat tal-Forzi Armati. L-immigranti, li ġew salvati mill-Mediterran, iddaħħlu f’Xatt it-Tiben u ngħataw f’idejn il-Pulizija mit-taqsima tal-immigrazzjoni. TVM infurmat li…

Ambjent

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħarġet ordni ta’ waqfien lil fabbrika tat-tarmak f’Ħal Far li kienet qed iddaħħan. Fi stqarrija l-ERA qalet li l-uffiċjali tagħha kienu qed isegwu kull ilment li…

Aktar