COVID-19
Żewġ kumpaniji jagħtu 22,000 maskra lid-djar tal-anzjani u l-persuni b’diżabilità

Il-kumpanija Norwex u l-kumpanija Corinthia Group taw donazzjoni bejniethom total ta’ 22,000 maskra protettiva lid-djar tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità Silvio Parnis faħħar lil dawn iż-żewġ kumpaniji ta’ dan il-ġest sabiħ li qed jagħmlu f’dan il-perjodu.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan il-ġest se jkompli jgħin sabiex inkomplu nipproteġu lill-persuni vulnerabbli u lill-ħaddiema li jinsabu f’dawn ir-residenzi.

Hu rringrazzja wkoll lil dawk kollha li jaħdmu fis-setturi tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità tal-ħidma eċċezzjonali li qed jagħmlu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar