Lokali
AĠĠORNAT (1): Żewġ muturi jiskiddjaw fi Triq il-Kosta, sewwieq ferut gravi

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara inċident fi Triq il-Kosta għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar.

Għadd sostanzjali ta’ muturi kienu qed isuqu fid-direzzjoni ta’ San Ġiljan, meta tnejn minnhom skiddjaw fuq diesel li kien għadu kemm ħareġ minn Jeep.

Is-sewwieq tal-Yamaha, raġel ta’ 53 sena mill-Gudja weġġa’ ħafif, iżda s-sewwieq tal-Kawasaki, raġel ta’ 59 sena minn Ħaż-Żabbar, kellu jittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn iktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Minbarra l-Pulizija, fuq il-post marru wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfgħu t-trab fuq il-fjuwil.

Intant, madwar kwarta wara, seħħ inċident ieħor bil-mutur, din id-darba fl-Ibraġġ. F’dan l-inċident fi Triq Sant Andrija seħħet ħabta bejn mutur u karozza. Is-sewwieq tal-mutur sofra ġrieħi ħfief.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kunstistabbli Simon Schembri llum kien fost dawk onorati bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika waqt ċerimonja ppreseduta mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Schembri tilef parti minn driegħu u għal xi ħin…

Ġurnali

In-Nazzjon: Fuq il-faċċata, kif qed jagħmlu ħafna mill-ġurnali tal-lum, ritratt tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May li lbieraħ irnexxielha ssalva minn vot ta’ sfiduċja kontriha fil-partit konservattiv b’200 vot favur u…

Lokali

Matul il-ġurnata il-PBS se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-segwaċi tal-programmi tat-tv u tar-radju biex ikollhom l-opportunità jaraw l-istudjos minn fejn jixxandru l-programmi u jiltaqgħu mal-preżentaturi u atturi li tant jammiraw. Fosthom…

Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Aktar