FILMAT: jinżammu arrestati wara li ġew mixlija li ħatfu u stupraw Taljana f’Pembroke

Żewġt irġiel, wieħed min-Niġerja u ieħor mill-Burkina Faso tressqu l-qorti u kienu akkużati li stupraw Taljana  f’Pembroke wara li allegatament ħatfuha. It-tfajla tinsab rikoverata l-isptar.In-Niġerjan, Emmanuel Makuochukwu Ngmezi u Seydou Bandaogo mil-Burkina Faso li għandhom bejn il-34 u s-36 sena bejn l-tressqu l-qorti kmieni wara nofsinha akkużati bi stupru ta’ Taljana ta’ tletin sena li hija residenti f’Malta.

Is-Sibt filgħodu, qabel is-sebħ, il-Pulizija fl-għassa ta’ San Ġiljan irċevew rapport li kien jallega li tfajla inħatfet fl-inħawi tal-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan. Il-prosekuzzjoni mexxija mill-ispettur Trevor Micallef qal  li mill-ewwel stħarriġ  rriżulta li żewġ persuni allegatament ħatfu tfajla li kienet għadha kif għamet fil-bajja, rikkbuha f’karozza u saqu lejn Pembroke.  Bil-għajnuna ta’ xhieda fuq il-post, ġiet identifikata il-vettura li kienu qed jużaw dawn iż-żewġt irgiel u l-Pulizija tad-distrett u tar-Rapid Intervention Unit bdew rondi fl-inħawi ta’ Pembroke.

Qrib il-grawnd tal-futbol ta’ Pembroke qrib ir-Reverse Osmosis, intlemħet vettura pparkjata li kienet simili għad-deskrizzjoni li taw in-nies lill-Pulizija.  Ħdejn il-vettura kien hemm raġel jippassiġġa li kif lemaħ lill-Pulizija ħarab jiġri minn fuq il-post u ġie arrestat ftit wara.  Fil-vettura kien hemm raġel ieħor u tfajla.  Il-Pulizija arrestaw lir-raġel u sejħu ambulanza li ħadet lit-tfaja l-isptar Mater Dei għall-kura billi bdiet tallega li ġiet stuprata.

Il-verżjonijiet tal-avvenimenti skont Emmanuel u Seydou li wieġbu mhux ħatja, ma qablux u kkontradixxew lil xulxin. Huma allegaw li t-tfajla kienet marret ma’ xi ħadd ieħor dik il-lejla stess u li kienet fis-sakra. Il-Maġistrat Ian Farrugia qal li l-qorti se taħtar l-esperti biex tivverifika l-fatti. Il-qorti, fuq talba tal-prosekuzzjoni, ordnat divjett fuq l-isem tat-tfajla biex tkun protetta d-dinjità tagħha.

L-arrestati huma raġel minn Burkina Faso u min-Niġerja li għandhom bejn 34 u 36 sena. Huma qed jinżammu għal aktar stħarriġ mill-Pulizija. It-tfajla hi Taljana ta’ 30 sena li hija residenti u taħdem Malta u qed tgħin lill-Pulizija fl-istħarriġ.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-industrija tat-turiżmu evolviet minn waħda msejsa fuq l-għoti tas-servizzi bażiċi għat-tkattir tal-industrija b’aċċenn fuq il-kwalità. Waqt li inawgurat is-seminar tar-rivista speċjalizzata tal-ospitalità Horeca…

Lokali

Xogħol grupp ta’ ħaddiema ta’ entità governattiva hu f’ambjent mistkerraħ minn ħafna . . . taħt l-art . . . fis-sistemi minn fejn jgħaddi d-drenaġġ tar-residenzi u l-industrija. Dan l-ambjent…

Lokali

L-ex Chairman tal-Aworità għas-Servizzi Finanzjarji, il-Professur Joe Bannister, xehed quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Professur Bannister qal fi snin li għamel bħala Chairman tal-MFSA qatt ma…

Aktar