Barranin
Żewġ nisa fl-Italja arrestati wara li ħolqu materjal pornografiku b’uliedhom

Żewġ nisa fl-Italja ġew arrestati fuq akkużi li abbużaw sesswalment minn uliedhom ta’ 10 snin u ħolqu materjal pornografiku bihom.

Il-vittmi huma żewġt ibniet ta’ 10 snin, li qed ikun irrappurtat li ġew abbużati sa minn età żgħira. Waħda mill-ommijiet tgħix f’Terni, u l-oħra f’Reggio Emilia.

Jidher li n-nisa kienu jibgħatu l-materjal pornografiku bit-tfal lil raġel fuq Whatsapp.

Ir-raġel, li huwa missier waħda mill-bniet, jgħix f’Toscana, u jinsab f’relazzjoni ma’ omm bintu. Huwa wkoll ġie arrestat u akkużat b’pornografija tat-tfal.

Minbarra b’abbuż sesswali u porografija tat-tfal, waħda min-nisa qed tiġi akkużata wkoll li abbużat mir-rwol tagħha bħala omm.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus. L-Unjoni…

Barranin

Karozza nstaqet għal fuq il-folla waqt parata tal-karnival fil-belt Ġermaniża ta’ Volkmarsen. Tal-inqas għaxar persuni huma maħsuba li ndarbu. Kelliem għall-pulizija qalet li s-sewwieq qed jinżamm mill-pulizija. S’issa mhux ċar…

Barranin

Id-direttur ċelebri tal-films Harvey Weinstein instab ħati f’ġuri fuq żewġ atti tal-akkuża dwar abbuż sesswali fuq nisa. Weinstein li għandu 67 ma nstabx ħati iżda fuq l-iktar akkużi serji li…

Barranin

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Peter Pellegrini ħassar l-impenji kollha tiegħu wara li ħakmu deni ta’ żiemel u problemi fin-nifs. Iż-żmien fejn marad ma setax ikun agħar l-għaliex ġimgħa oħra mistennija l-elezzjoni…

Aktar