Kronaka
AĠĠORNAT: Żewġ nisa jweġġgħu gravi f’ħabta ma’ billboard f’Marsaxlokk

Żewġ nisa ġew rikoverati wara ħabta f’Marsaxlokk. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.00 ta’ waranofsinhar fi Triq iż-Żejtun.

Il-Pulizija qalet lil TVM li karozza tal-għamla Toyota Belta misjuqa minn mara ta’ 57 sena minn Marsaxlokk għal xi raġuni tilfet il-kontroll u ħabtet fil-bażi tal-konkos ta’ billboard.

Rekbin fl-istess karozza kien hemm ukoll mara ta’ 35 sena minn Marsaxlokk u anzjana ta’ 81 sena miż-Żejtun.

Fuq il-post marru l-Pulizija, kif ukoll ambulanza li ħadet lit-tliet nisa l-isptar. Iktar tard il-passiġġiera kienu ċċertifikati li weġġgħu gravi, waqt li s-sewwieq weġġħet ħafif.