Lokali
Żewġ pantomimi bil-Malti b’esperjenzi uniċi għall-udjenzi

Żewġ pantomimi bil-Malti qed joffru angolaturi u perspettivi kreattivi b’esperjenzi uniċi għall-udjenzi.

TVM tkellem mad-diretturi ta’: “L-Imbuljuta, Pantomima fid-Dlam” u l-pantomima “Ħax-Xjuħ” li hi l-ewwel produzzjoni tax-xorta b’kast u krew li għandu aktar minn 60 sena.

Grupp ta’ anzjani magħrufa għat-talent tagħhom fuq il-palk ingħaqdu ghal produzzjoni għal zmien il-Milied.

Ħax-Xjuħ hija l-pantomima mtella’ minn Teatru Malta li qed isservi bħala vetrina biex turi l-ħiliet ta’ dawk li għandhom iżjed minn sittin sena li ngħaqdu flimkien biex jifirħu u jferrħu.

Id-Direttur, Josette Ciappara, qalet li dil-pantomima hija vivaċi u l-kast prinċipali jinkludi lill-kor, żeffiena u t-tim artistiku, flimkien ma’ band bil-mużika live mmexxija mis-surmast Paul Abela, bil-battuti tipiċi tal-pantomimi u mużika tal-widna.

Qalet li l-produzzjoni qed toffri spazju lill-anzjani li minn dejjem kellhom ħolma li jirreċtaw biex juru x’kapaċi jagħmlu.

“Kien hawn din l-idea li nagħmlu pantomima bl-anzjani kollha, għall-ewwel bdejna nidħqu dwarha l-idea, imbagħad bdejna naraw li fil-fatt hawn ħafna artisti li għandhom iż-żmien u huma veterani imma li għad għandhom potenzjal”.

Anki fi Spazju Kreattiv il-Belt: L-imbuljuta, il-Pantomima fid-Dlam hija festa għas-sensi li hija kkomunikata permezz tas-smigħ, xamm u dak kollu li jikkumplimenta l-immaġinazzjoni waqt l-interpretazzjoni tal-atturi. L-udjenzi jsegwu kollox minn kamra fid-dlam.

Id-Diretturi ta’ L-Imbuljuta, Pantomima fid-Dlam qalu li riedu joffru interpretazzjoni ta’ tradizzjoni Maltija tal-Milied minn perspettiva kreattiva u li tmur lil hinn min dak li iħawwar il-formola tradizzjonali tal-pantomimi.

“Ukoll l-istorja m’hijiex xi ħaġa tas-soltu jiġifieri l-pantomimi s-soltu ikollhom stejjer bħal jack and the Beanstalk u Cindirella, imma aħna dejjem nagħżlu xi ħaġa Maltija u nivvintaw storja madwar dik il-ħaġa”

Martha Vella qalet “l-ewwel darba li qed issir fid-dinja, għax aħna qed nużaw din it-teknoloġija, u s-soltu li meta jużaw din it-tip ta’ teknoloġija, il-produzzjoni tkun diġà pre-recorded u aħna kif qed taraw l-atturi se jkunu live fis-soundbooth fil-kamra ta’ ħdejn l-udjenza”

Ħax-Xjuħ qed issir fit-teatru tal-komunità l-Metanioa f’Ħal Luqa filwaqt li l-Imbuljuta, l-Pantomima fid-Dlam qed tittella’ fl-Ispazju Kreattiv il-Belt b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Malta u Esplora.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-industrija tat-turiżmu evolviet minn waħda msejsa fuq l-għoti tas-servizzi bażiċi għat-tkattir tal-industrija b’aċċenn fuq il-kwalità. Waqt li inawgurat is-seminar tar-rivista speċjalizzata tal-ospitalità Horeca…

Lokali

Xogħol grupp ta’ ħaddiema ta’ entità governattiva hu f’ambjent mistkerraħ minn ħafna . . . taħt l-art . . . fis-sistemi minn fejn jgħaddi d-drenaġġ tar-residenzi u l-industrija. Dan l-ambjent…

Lokali

L-ex Chairman tal-Aworità għas-Servizzi Finanzjarji, il-Professur Joe Bannister, xehed quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Professur Bannister qal fi snin li għamel bħala Chairman tal-MFSA qatt ma…

Aktar