Droga
Żewġ persuni arrestati b’rabta ma’ traffikar tad-droga

Mara ta’ 30 sena u raġel ta’ 29 sena, it-tnejn jgħixu l-Belt Valletta, ġew arrestati mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Wara jiem ta’ osservazzjoni tal-persuni fuq suspett ta’ traffikar tad-droga, il-pulizija waqqfuhom fil-Marsa lbieraħ filgħaxija. Minn tfittxijiet li saru fuqhom, fil-vettura u fir-residenza tagħhom, instabu sustanzi aktarx kannabis u kokaina f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħhom.

Il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Iż-żewġ persuni mistennija jitressqu b’arrest il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin