
COVID-19
Żewġ persuni inkluż mara ta’ 30 sena jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa żewġ nisa, waħda minnhom ta’ 30 sena, tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
L-ewwell vittma hija mara ta’ 30 sena li tilfet ħajjitha fl-Isptar St Thomas, waqt li mara oħra ta’ 83 sena mietet fl-Isptar Mater Dei.
B’hekk l-ammont ta’ vittmi f’Malta minn meta bdiet il-pandemija huwa ta’ 311.
Ara wkoll: