Barranin
Żewġ persuni jlaqqtu l-Pesta fiċ-Ċina

Fiċ-Ċina, żewġ persuni laqqtu l-marda antika tal-pesta u qed jieħdu l-kura fi sptar f’Beijing.

Din hija t-tieni darba li l-marda faqqset fir-reġjun tal-Mongolja hekk kif f’Mejju li għadda, koppja mietet mill-marda wara li kielet xi laħam nej.

L-awtoritajiet ikkonċernati għaddejjin b’ħidma qawwija fuq miżuri ta’ kontroll u prevenzjoni biex jilqa’ għall-possibbiltà ta’ epidemija.

Il-pesta tinxtered bis-saħħa ta’ mikrobu li jinġarr mill-baqq jew annimali infettati u timmanifesta ruħha f’tliet forom.
Il-marda jaf taffettwa lill-bniedem fis-sistema immunitorja, jaf timmanifesta ruħha bħala infezzjoni fid-demm jew fil-pulmun.  Dak li laqqtu l-pazjenti Ċiniżi immanifestat ruħha fil-pulmun u li kieku ma ttieħdetx azzjoni f’waqtha, il-pazjenti kienu jispiċċaw bi ħsarat irriversibbli fil-ġisem li jwasslu għall-mewt.
Fil-Medju Evu, din il-marda qatlet madwar 50 miljun persuna fl-Ewropa biss, u llum il-ġurnata, tista’ tiġi kkontrollata bis-saħħa tal-antibijotiċi.
L-esperti jinsabu mħassba l-għaliex din il-marda, li kien maħsub li għebet għalkollox, reġgħet tfaċċat riċentement.
Biex wieħed jipprevjeni dan it-tip ta’ mard perikoluż, għandu jelimina l-infestazzjonijiet tal-ġrieden u jagħmel il-qtar lill-annimali domestiċi biex jipproteġihom kontra l-baqq u l-qamel li jġorr dan il-mard. L-esperti jwissu biex ma nħallux l-annimali domestiċi tagħna jħufu barra u wisq anqas m’għandna nraqqduhom magħna.
U fl-aħħar mill-aħħar, m’għandna qatt nersqu lejn annimal marid jew mejjet.
Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-awtoritajiet Amerikani u Iranjani qablu li jeħilsu priġunier kull wieħed, fi ftehim li wassal biex ir-riċerkatur Ċiniż-Amerikan Xiyue Wang, li ilu arrestat fl-Iran tliet snin, u l-espert fl-istem cells Iranjan,…

Barranin

’Il fuq minn 100 qabar fi Franza ġie vvandalizzat bi tpiġija ta’ swastika fuqu; is-simbolu tan-Nażi. L-att vandalu seħħ iktar kmieni din il-ġimgħa f’Westhoffen; villaġġ viċin Strasburgu, fl-istess jum li…

Barranin

Raġel ġie kkundannat 30 sena ħabs, wara li nstab ħati li lura fl-2002, stupra u qatel tfajla fi Franza. It-tfajla, li kellha 24 sena, kienet taħdem bħala maniġer f’bank. Hi…

Aktar