COVID-19
Żewġ persuni jmutu waqt li kellhom il-Covid-19

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa mara u raġel mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Każ minnhom huwa ta’ mara ta’ 80 sena, waqt li l-każ l-ieħor huwa ta’ raġel ta’ 88 sena. It-tnejn li huma mietu f’Mater Dei.

Hekk il-vittmi tal-Covid-19 f’Malta telgħu għal 255.