Kronaka
Żewġ persuni l-isptar wara ħabta fin-Naxxar

Taljan ta’ 19-il sena ndarab gravi f’ħabta ma’ karozza fin-Naxxar.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10.30pm fi Triq il-Fortizza tal-Mosta.

Il-ħabta seħħet bejn żewġ vetturi, Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti s-Swieqi u Toyota IQ misjuqa minn Taljan ta’ 19-il sena. Fil-Volkswagen, kien hemm ukoll mara ta’ 48 sena residenti s-Swieqi.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-mara kif ukoll it-Taljan ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.