Kronaka
Żewġ persuni mfittxija wara li ferew raġel fil-Gżira

Libjan ta’ 27 sena spiċċa ferut bi ġrieħi ħfief fi ġlieda li seħħet il-Ħadd kmieni filgħodu fil-Gżira.

Il-Pulizija qed tfittex lil żewġ persuni oħra, x’aktarx barranin, li kienu involuti fil-ġlieda.

Fl-art fejn seħħet il-ġlieda jidher xi dmija.

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.