Barranin
Żewġ persuni transgender eletti għall-ewwel darba fil-Parlament Ġermaniż

Fil-Parlament tal-Ġermanja nkisbu għall-ewwel darba żewġ siġġijiet minn persuni transgender.

Isem Tessa Ganserer u Nyke Slawik, li huma żewġ persuni transgender membri tal-Partit tal-Ħodor, se jibqa’ mnaqqax fl-istorja tal-politika Ġermaniża wara li ġew eletti fil-Parlament ta’ pajjiżhom.

Ganserer, li għandha 44 sena, kisbet l-aktar voti fl-istat tal-Bavarja fejn kienet ilha tokkupa l-kariga ta’ deputat fi ħdan il-parlament reġjonali mill-2013. Slawik, ta’ 27 sena, ġabret l-iżjed voti fin-naħa ta’ fuq tal-Ġermanja f’Rhine-Westphalia.

F’kitba fuq Twitter, Genserer qalet li għandha seba’ mitt sena sakemm tibda tmidd idejha għax-xogħol fil-kapitali Ġermaniża.

Fuq Instagram, Slawik stqarret mas-segwaċi tagħha li għadha ma tistax temmen li kisbet dan ir-riżultat storiku.

https://www.instagram.com/p/CUTAiEusbSV/