Lokali
Żewġ pjazez ewlenin f’Għawdex b’dehra ġdida

Żewġ pjazez ewlenin f’Għawdex ser jingħataw dehra u wiċċ ġdid b’żewġ proġetti maħsuba biex bihom isir aktar aċċessibli għal pubbliku. Għalkemm id-disinji tal-proġetti diġà saru, ix-xogħol mhux ser jibda qabel tinstema’ l-fehma tal-Għawdxin bi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar dawn iż-żewġ proġetti.

Wara t-Tokk, l-pjazza ta’ San Franġisk fir-Rabat Għawdex hija l-iktar misraħ imfittex mill-pubbliku mhux biss għax huwa viċin il-venda iżda wkoll għax f’din il-pjazza hemm fost oħrajn il-Ministeru għal Għawdex.

Din hija waħda miż-żewġ pjazez flimkien mal-Pjazza San Ġwann il-Battista fix-Xewkija li ser ikunu organizzati u partijiet minnhom huma maħsuba li jkunu żoni pedonali. Għal dan il-għan, il-Ministeru ta’ Għawdex ħejja disinji tal-proġetti proposti waqt li nieda konsultazzjoni pubblika biex l-Għawdxin jgħidu kif jixtiequ jaraw dawn il-pjazez.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-idea għal dawn il-proġetti huwa biex dawn l-ispazji jagħtu nifs akbar lill-komunitajiet.

“Dawn iż-żewġ pjazez li huma traffikużi u għandhom ċertu periklu u ċertu sfidi negħlbuhom biex imbagħad jiġu esperjenza li fihom dak li jkun ikun jista’ jkollu mhux biss jinqeda fil bżonnijiet tiegħu imma jkollhom dik l-esperjenza pjaċevoli ta’ pjazza miftuħa, fejn jirrilasaw, jgħidu kelma, forsi jaqraw ktieb, forsi dawk l-affarijiet sempliċi li tant għadhom valur u tant huma rari li ssibhom.

Il-Perit tal-proġett għal pjazza ta’ San Franġisk, Godwin Sultana spjega li dan il-proġett għandu jagħti wiċċ ġdid lil dan il-misraħ.

Godwin Sulttana qal li :The actual paving material will give the pedestrian a good idea where the fade zones are, where he’s comfortable to cross, where a car is most likely to pass while maintaining the key traffic flows”.

Fix-Xewkija, il-proġett tal-Pjazza ta’ quddiem il-knisja Parrokkjali ġie fdat f’idejn il-Perit Frank Muscat.

Frank Muscat qal li “hemm ukoll il-ħsieb li jsiru apparti bankini ġodda, siġar, bankijiet, fanali, isir re organizazzjoni tal-parkeġġ bil-għan li l-pjazza titgawda matul is-sena kollha, anki waqt il-festi li jiġu ċelebrati f’din l-istess pjazza”.

Sa tmiem il-ġimgħa d-dieħla tingħalaq il-konsultazzjoni pubblika dwar il-pjazza tax-Xewkija waqt li dik dwar il-pjazza ta’ San Frangisk ser tibqa’ miftuha sas-26 ta’ Jannar.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Michelle Paris hija mużiċista u kompożitiriċi li l-passjoni kbira li għandha għall-mużika tradizzjonali Irlandiża ddistingwietha bir-rebħ ta’ midalji prestiġjużi lil hinn minn xtutna. Il-mużika tradizzjonali Irlandiża għandha għeruq li jmorru…

Kultura

Il-Feniċi – poplu mil-Lvant Nofsani li waqfu kolonja tagħhom f’Malta fl-ewwel millenju Qabel Kristu. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li firxet tul il-Baħar Mediterran u dan jistgħu…

Stejjer Umani

Iċ-ċkejken Katriel Zahra tant maħbub għall-ispirtu altruwist tiegħu minkejja li jbati minn kundizzjoni rari, dalgħodu wettaq ħolma oħra li kellu, li jaqta’ x-xagħar ta’ tifel bħalu b’risq il-Malta Community Chest…

Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Aktar