Edukazzjoni
Żewġ postijiet vakanti għas-subien fl-ewwel sena primarja fi skejjel tal-knisja

Il-Bord tad-Dħul tal-IskejjeI tal-Knisja jinforma lill-pubbliku li għandu żewġ postijiet vakanti għas-subien bi statement ta’ sapport fl-Ewwel Sena Primarja.

L-iskola ta’ St Francis f’Bormla għandha post għal tifel li għandu statement ta’ sapport ta’ LSE full-time one-to-one. L-iskola ta’ St Benild f’Tas-Sliema għandha post għal tifel li għandu statement ta’ sapport ta’ LSE shared.

Għal dan il-post vakanti, l-iskola ta’ St Benild lesta tikkunsidra wkoll l-applikazzjoni ta’ tifel bi statement ta’ sapport ta’ LSE fulltime one-to-one jekk ħuh ikun diġà rreġistrat fl-iskola ta’ St Benild.

Sabiex jimtlew dawn il-postijiet, u oħrajn simili li jista’ jkun hemm, se jintlaqgħu applikazzjonijiet online biss mis-sit knisja.mt/applications min-nhar it-Tnejn 10 sal-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu 2020.

Il-konferma tal-applikazzjoni se tintbagħat sat-Tnejn 31 ta’ Awwissu 2020.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn hawn.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar