Kultura
Żewġ produzzjonijiet b’ħarsa storika lejn avvenimenti li seħħew fl-imgħoddi

Żewġ produzzjonijiet f’lejla waħda li se jittellgħu mill-programm edukattiv Toi Toi fit-teatru Manoel se jagħtu ħarsa storika lejn avvenimenti li seħħew fl-imgħoddi. Niskopru liema huma f’dan is-servizz.

“A Step Forward” hija t-tema ta’ produzzjoni teatrali li tgħaqqad żewġ produzzjonijiet flimkien b’temi li jindagaw u jesploraw l-aġir uman.

Id-direttur żagħżugħ Neil Grima qal li ż-żewġ produzzjonijiet, “A Step to the Left” u “Forward to the Right” jitrattaw suġġetti topiċi fosthom kif inhuma trattati dawk li qegħdin jissieltu għal dak li hu ġust f’dinja li hi mgħaġġla u mimlija sfidi.

L-attur Clayton Mallia qal li minkejja li huma msejsa fuq ġrajjiet tal-passat, l-avvenimenti għadhom rilevanti minħabba li jagħtu ħarsa lejn ġrajjiet storiċi li għamlu differenza għall-umanità.

“A Step to the Left” hija ispirata mill-protesta ta’ Greenham women’s protest li saret fin-1980s filwaqt li “Forward to the Right” hija ispirata mill istorja ta Joan of Arc…

It-tieni produzzjoni, Forward to the Right, A Play of Joan of Arc, tiffoka fuq il-ħajja tal-qaddisa u l-impatt li ħalliet fuq dawk ta’ madwarha fosthom fuq gwardjan tas-sigurtà fil-ħabs li fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha, jissimpatizza mal-kawża tagħha u jippermetti li tingħata l-barka. Huwa jispiċċa arrestat minħabba s-simpatija li wera magħha biex tipprattika l-valuri li temmen fihom. Id-dramm huwa tal-awtur Kanadiż. A Green u kien iddebbutta fil-festival prestiġjuż ta’ att wieħed, f’Ontario l-Kanada.

”Id-drammi għandhom żewġ karattri ewlenin kull wieħed però aħna qed nesploraw li anki nużaw atturi oħra għall-physical theatre biex in- nies jistgħu jaqbdu affarijiet li mit-test, u anki għal xi affarijiet li nixtiequ nwasslu lin-nies, se nagħmlu hekk bis-saħħa tal-physical theatre.”

Il-kast taż-żewġ produzzjonijiet huwa magħmul min atturi żgħażagħ li qegħdin jippromettu fit-talenti tagħhom. Il-produzzjonjiet se jsiru fl-istudio theatre tat-Teatru Manoel fl-aħħar jumejn ta’ Awwissu.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ nisa, li waslu Malta b’dgħajsa ma’ immigranti oħra s-sena l-oħra, spiċċaw il-ħabs minflok il-Ġermanja. Fil-Qorti, l-avukat tagħhom Martin Fenech, spjega li huma użaw dokumenti foloz biex ikunu jistgħu jibdew…

Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Aktar