X

Żewġ sewwieqa bi ġrieħi gravi wara inċident ieħor fin-Nadur

Żewġ sewwieqa qed isofru minn ġrieħi gravi wara inċident li seħħ bejn żewġ vetturi fi Triq ir-Rabat, in-Nadur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-06:45 ta’ dalgħodu bejn vettura tat-tip Kia Ceres misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex u Isuzu NKR misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti San Ġiljan.

Bl-impatt, l-Isuzu spiċċa ġo għalqa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-irġiel l-isptar. Huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.