Mużika
Żewġ soċjetajiet mużikali f’Għawdex b’attivitajiet kulturali

Iż-żewġ soċjetajiet mużikali fil-Belt ta’ Victoria f’Għawdex, il-Banda La Stella u l-Banda Leone se jieħdu sehem fl-attivitajiet kordinati mill-Ministeru ta’ Għawdex li ser joffru ġranet ta’ divertiment kemm lit-turisti kif ukoll lill-Maltin li ser iqattgħu bejn il-Ħamis u l-Ħadd f’Għawdex. Il-Ministru Justyne Caruana qalet li l-Ministeru ġabar numru ta’ attivitajiet flimkien biex joffri prodott ta’ kwalità.

Il-Ministeru ta’ Għawdex ħoloq opportunità oħra biex Għawdex ikun destinazzjoni ta’ attrazzjoni b’attivitajiet kulturali. Fl-4 t’ijiem bejn il-Ħamis u l-Ħadd li ġej ser jittellgħu żewġ kunċerti u sensiela ta’ festival u attivitajiet kulturali oħra li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Il-Ministru Justyne Caruana qalet li fost oħrajn iż-żewġ soċjetajiet mużikali fil-Belt Victoria, il-Banda La Stella u l-Banda Leone se jagħtu kunċert fuq l-istess palk, wieħed il-Ħamis u l-ieħor is-Sibt.

“Għandna r-Rockastra, leone goes pop, wine festival, il-festival għat-tfal, il-festa Għawdxija, Honey & Bee festival u wkoll ir-reenactment tas-Sette Giugno. Qed naraw long weekend li għandu attivitajiet varji li jolqtu l-interessi ta’ diversi imma l-messaġġ li rridu nwasslu huwa li Għawdex huwa destinazzjoni għal matul is-sena kollha.”

Is-Surmast Colin Attard ser jidderieġi l-kunċert tal-Ħamis mill-banda Leone.

“Il-kuncert Leone goes pope ta’ nhar il-Ħamis 6 ta’ Gunju ser joffri lill-pubbliku li ser jattendi fil-Belt Victoria għażla ta’ muzika pop ta’ diversi snin differenti bis-sehem tal-Banda leone taħt it-tmexxija tas-Surmast Colin Attard flimkien ma’ kantanti stabbiliti Maltin fosthom Amber Bondin u Chris Grech flimkien ma’ kantanti Għawdxin.”

Is-Surmanst Sigmund Mifsud ser imexxi l-kuncert li ser isir is-Sibt mill-banda La Stella.

“Il-kuncert Rockastra jikkonsisti minn mużika rock li tkun addattata għall-banda pero jingħaqdu wkoll mużiċisti bħal kitarristi, drum kit, pjanu biex ovvjament ikun hemm l-element li wieħed jistenna fil-mużika rock. Jingħaqdu wkoll kantanti ewlenin fosthom Kenneth Calleja, Julie Zahra, Klinsman, fost il-kantanti Għawdxin.”

Il-Ministru Caruana qalet li din hija l-ewwel darba li tant attivitajiet kulturali nġiebu flimkien fil-Festival Gozo Pops and Rocks bil-għan li Għawdex isir destinazzjoni turistiku għall-matul is-sena kollha. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet jinsab fuq is-sit visitgozo.com

Aħbarijiet Oħra
Tfal

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ ħarsien Soċjali Matthew Vella qal dawn il-linji gwida jirriflettu verament dak li għandhom bżonn it-tfal u saru wara konsultazzjoni wiesgħa ankè ma’ tfal li…

Qorti

Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan il-qtil. It-tim legali tal-familja ippreżenta dossier dwar Josef Caruana,…

Kronaka

Żewġt irġiel ġew arrestati llum fuq suspett li lbieraħ kienu involuti f’aggressjoni f’Buġibba. Il-Pulizija qalet li kmieni lbieraħ, għall-ħabta tal-5.00am, fl-Għassa tal-Qawra daħlu żewġt irġiel barranin, b’wieħed minnhom bid-demm ħiereġ…

Saħħa

Anzjani u persuni b’diżabbiltà fil-Fgura u Ħaż-Żabbar ingħaqdu ma’ dawk ta’ Birkirkara u l-Mosta fis-servizz ta’ flebotomija minn darhom. Persuni li għandhom problemi ta’ mobbiltà qed jitteħdilhom id-demm għat-testijiet mill-kumdità…

Aktar