Barranin
Żewġ studenti jeħlu għomorhom il-ħabs wara li qatlu Pulizija fl-Italja

Żewġ ġuvintur Amerikani kienu kkundannati għal għomorhom il-ħabs wara li nstabu ħatja li qatlu Pulizjia Taljan fl-2019.

Marco Ceriello Rega ta’ 35 sena nqatel f’Ruma bi 11-il daqqa ta’ sikkina, meta flimkien mal-kollega tiegħu marru jinvestigaw każ ta’ bejgħ ta’ droga.

Iż-żewġ pulizija kienu pajżana, b’Finnegan Lee Elder ta’ 21 sena u Gabriel Christian Natale-Hjorth ta’ 20 sena li sostnew li l-pulizija ma kinux identifikaw ruħhom, u għalhekk ħasbuhom traffikanti tad-droga li qed iħebbu għalihom.

Il-kollega ta’ Rega iżda ċaħad li ma kinux identifikaw ruħhom.

Il-każ kiseb attenzjoni kemm fl-Italja u anki fl-Istati Uniti, anki minħabba li meta wettqu r-reat il-ġuvintur kien għad għandhom 19 u 18-il sena.

Marco Ceriello Rega – Reuters