Qorti
Żewġ xufiera tat-trasport tal-iskola akkużati li abbużaw tifla

Żewġ xufiera ta’ coach inżammu arrestati fuq akkużi li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tifla ta’ 15-il sena li kienu jwassluha l-iskola.

Il-Qorti semgħet kif Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u Sarath Babu Kongadan ta’ 28 sena allegatament kienu qabdu mat-tfajla fuq il-midja soċjali, qabel ma seħħ il-każ, li nkixef meta t-tfajla marret l-isptar.

Iż-żewġt irġiel kienu akkużati wkoll li kellhom fil-pussess tagħhom pornografija tat-tfal, u li użaw ħażin il-mobile. Huma qed jiċħdu l-akkużi.

L-avukat difensur ta’ Eldhose talab il-ħelsien mill-arrest, iżda din it-talba ġiet miċħuda għax it-tfajla għadha ma nstemgħetx tixhed, u l-irġiel huma barranin u jistgħu jaħarbu minn Malta. Fil-każ ta’ Kongadan ma ntalabx ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fl-isptar Mater Dei fil-preżenza ta’ uliedu Sonia u Charlene, Publius Borg kien jidher fi stat ta’ saħħa tajba, jumejn biss wara li sarulu intervent f’qalbu biex jevita attakk ta’ puplesija….

Kultura

Malta mogħnija b’mużewijiet u siti storiċi b’valur u wirt kulturali mprezzabbli fosthom il-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu fl-Ewropa li għadu miftuħ għall-pubbliku. Fil-ħsieb ta’ ħafna nies, il-mużewijiet u…

Lokali

L-Avukat Jean-Pilippe Chetcuti qal li d-ditta legali li huwa msieħeb fiha tilqa’ r-rapport li sar mill-uffiċċju tar-regolatur taċ-ċittadinanza b’investiment (IIP), b’rabta ma’ dak li xxandar minn programm televiżiv Franċiż fuq…

Kronaka

Raġel ta’ 83 sena residenti l-Fgura jinsab isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa u nofs, hu ġie mtajjar. L-inċident seħħ fi Triq San Tumas fil-Fgura, meta…

Aktar