Kronaka
Żewġ żgħażagħ bi ġrieħi gravi wara li ħabtu f’arblu f’Marsaskala

Ġuvni u tfajla weġġgħu gravi wara li tard lbieraħ kienu involuri f’inċident bil-karozza. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas f’Marsaskala għall-ħabta tal-11.00pm.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija tad-Distrett irriżulta li x’aktarx ġuvni ta’ 20 sena residenti s-Siġġiewi tilef il-kontroll tal-vettura
li kien qiegħed isuq, tatl-għamla Volkswagen Golf, u baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei, flimkien ma’ fajla ta’ 20 sena minn Ħal Għaxaq li kienet passiġġiera fl-istess vettura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.