Qorti
Żewġ żgħażagħ jitressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga

Żewġ żgħażagħ Ingliżi li m’għandhomx residenza fissa f’Malta, tressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga li nstabet f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom.

L-ispettur Anthony Scerri ppreżenta bħala evidenza kważi sitt grammi u nofs ħaxixa tal-kannabis, ftit aktar minn nofs gramma kokaina u €225 fi flus kontanti.

Samuel Hall ta’ 23 sena, ammetta l-akkużi kontrih bil-Qorti tikkundannah multa ta’ €750 u ordnat li d-droga esebita tinqered u l-flus jgħaddu favur il-Gvern ta’ Malta.

Ralph Harry Anthony ta’ 21 sena, li kien akkużat ukoll li kien f’post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ, wieġeb li mhux ħati tal-akkużi kontrih u f’dan l-istadju l-avukat tal-għajnuna legali Noel Bartolo ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

L-Erbgħa filgħodu, fl-iskola sekondarja tar-Rabat Għawdex, tliet studenti subien kellhom jittieħdu l-isptar minħabba li belgħu xi pilloli tal-irqad. Qal dan fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni, fejn qal li kienu l-istudenti stess…

Ekonomija u Finanzi

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Intrapriża proponiet numru ta’ miżuri kif fil-fehma tagħha l-ekonomija Maltija tista’ tkompli tikber b’mod sostenibbli b’rispett lejn l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja. Ir-rakkomandazzjonijiet inġabru f’dokument li joffri…

Mużika

Songcraft, proġett li jifforma parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni ma’ Aġenżija Żgħażagħ reġa’ lura wara l-proġett pilota fl-2019 fejn ta opportunità lil kantawturi promettenti ta’ bejn is-16 u l-20 sena. Il-kantawturi magħżula…

Qorti

Issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia li qed tistħarreġ jekk il-Gvern setgħax jieħu miżuri biex jevita dan il-qtil. Fis-seduta tal-lum mistenni jixhed Neville Gafa. L-ewwel biex jitla’ fuq…

Aktar