Kisbiet
Żewġ żgħażagħ Maltin jaslu sal-finali f’konkors taż-żfin fi Blackpool

Żewġ adolexxenti Maltin irnexxielhom jaslu sal-finali f’konkors prestiġjuż taż-żfin fi Blackpool, fir-Renju Unit.

Liam Sammut u Rihanna Scicluna, li ilhom jiżfnu bħala koppja għal sena biss, kienu fost 60 koppja oħra minn madwar id-dinja li kkompetew fil-Junior Open Dance Festival ta’ taħt is-16-il sena.

Huma ġew magħżula għall-finali flimkien ma’ ħames koppji oħra bl-interpretazzjoni tagħhom tas-Samba.

L-għalliem tagħhom, Laurence Tanti, qal lil TVM li din hija l-ewwel darba li koppja Maltija f’din il-kategorija waslet sal-finali f’din il-kompetizzjoni.