Knisja Maltija
Żewġ żgħażagħ se joffru lilhom infushom għas-saċerdozju

Sean Abela mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat, u Jean Claude Attard mill-Parroċċa ta’ Sant’ Anna, Wied il-Għajn, se jkunu qed joffru lilhom infushom lill-Knisja biec iservu bħala saċerdoti.

Iż-żewġ seminaristi fil-ħames sena ta’ preparazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof se jitolbu lill-Arċisqof Charles J. Scicluna biex jaċċettahom uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir il-Ħadd 5 ta’ Jannar, waqt il-Quddiesa tal-Epifanija fil-Konkatridral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:15 a.m.

Fi stqarrija l-Kurja qalet li l-Arċisqof Scicluna, filwaqt li jilqagħhom b’ferħ, ser ikun qed jitlobhom biex matul is-snin li ġejjin ikomplu jħejju lilhom infushom bi preparazzjoni għall-Ordni Sagri. Il-komunità Nisranija hi mitluba żżomm f’talbha lil dawn iż-żewġ kandidati għas-saċerdozju.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Infetħu l-applikazzjonijiet għal dawk li għandhom skola jew klabb u jixtiequ joffru programm edukattiv għal tfal ta’ bejn it-3 u 16-il sena matul is-sajf. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħeġġeġ lil…

Politika

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli rriżenjat minn Membru Parlamentari. Hija ħabbret dan fuq il-midja soċjali, fejn qalet li bid-deċiżjoni tagħha infurmat lill-Ispeaker tal-Kamra. “Il-politika għandha tintuża biss biex jitkattar il-ġid komuni….

Edukazzjoni

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg…

Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Aktar