Lokali
Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ droga f’Paceville

Matul il-lejl li għadda, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestaw żewġt irġiel ta’ nazzjonalità barranija wara li nstabu fil-pussess tad-droga. L-arresti saru f’Paceville.

Wieħed mill-irgiel ta’ 36 sena ta’ nazzjonalità Bulgara nstab fil-pussess ta’ sustanza suspettata droga kokaina u ħaxixa tal-kannabis. Ir-raġel l-ieħor, ta’ 24 sena mill-Mali, instab fil-pussess ta’ diversi pakketti b’sustanza suspettata droga kokaina, f’ċirkostanzi li juru li d-droga ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Ir-raġel ta’ 24 sena mistenni jitressaq il-Qorti b’arrest għada, akkużat bil-pussess aggravat tad-droga kokaina.