Lokali
Żewġt irġiel arrestati fuq diversi serqiet

Żagħżugħ ta’ 18-il sena u raġel ta’ 21 sena ġew arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri wara li huma ġew identifikati li matul ix-xahar t’Ottubru, serqu appliances minn residenzi li kienu għadhom mhux abitati, fil-lokalitajiet tal-Imġarr u l-Mosta.

Huma ser jitressqu l-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit b’akkużi relatati.