Kronaka
Żewġt irġiel arrestati fuq droga mal-wasla fil-port tal-Imġarr

Ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga lbieraħ wasslet għall-arrest ta’ żewġt irġiel ta’ 21 u 23 sena residenti r-Rabat u l-Munxar, Għawdex.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-irġiel ġew arrestati mal-wasla tagħhom b’vettura fl-Imġarr, Għawdex, wara sejba ta’ ammont sostanzjali ta’ qratas bi droga suspettata kokaina, li juru li ma kinitx għall-użu personali tagħhom.

Il-Pulizija qalet li sabet ukoll affarijiet oħra relatati mal-abbuż u t-traffikar tad-droga.

Il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini ġie infurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja u raġel minnhom mistenni jitressaq b’arrest għada fil-Qorti t’Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tiegħu Edwin Vassallo wera tħassib li fi kliemu għexieren ta’ bdiewa se jiġu żgumbrati mill-għelieqi tagħhom biex issir estensjoni tal-miżbla fil-Magħtab. Huwa qal dan wara l-avviż…

Politika

Waqt laqgħa f’Kastilja mal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-prijorità tal-Gvern hi li jżid l-għadd ta’ nisa fil-Parlament, u li jara sehem iktar attiv tan-nisa fil-ħajja…

Saħħa

Walking Malta huwa proġett ta’ riċerka li ilu għaddej sentejn mill-Istitut tal-Università dwar it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli bl-appoġġ tal-Kunsilli Lokali ta’ Msida, Gżira, Birkirkara u San Ġwann. Permezz ta’…

Kronaka

Tliet impjegati f’ħanut tad-divertiment f’Paceville ġew akkużati li taw xebgħa lil raġel Afrikan u ħallewħ ferut gravi. Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda. Yermakov Mykhailo, Stepan Stankov u Dorde Dudic ġew…

Aktar