Żewġt irġiel arrestati wara qabda ta’ 2 kili droga

Żewġt irġiel kienu arrestati mill-Pulizija wara li lbieraħ waranofsinhar inqabdu b’żewġ kili droga.

L-irġiel wieħed ta’ 32 sena minn Ħal Tarxien u ieħor ta’ 31 sena minn Raħal Ġdid kienu arrestati hekk kif kienu ħerġin minn garaxx f’Ħal Tarxien.

Il-Pulizija qalet li matul tfittxija li saret f’karozza ta’ wieħed mill-irġiel arrestati, il-Pulizija sabu żewġ pakketti li kien fihom żewġ kili ta’ dak li hija suspettata sustanza ta’ resina tal-Kannabis.

Iż-żewġt irġiel jinsabu miżmuma mill-Pulizija biex jassistuha fl-investigazzjonijiet.

Dwar din il-qabda infetħet inkjesta mill-Maġistrat Dr M.A Farrugia.