Lokali
Żewġt irġiel immultati €900 kull wieħed wara li ġew Malta b’ċertifikat falz tal-Covid-19

Ayoub Mohamed Abdulahi ta’ 23 sena u Ahmad Jihad Jibreel Qundil ta’ 22 sena, it-tnejn imwielda Londra ngħataw multa ta’ €900  kull wieħed talli ivvjaġġaw lejn Malta b’ċertifikat falz tat-test tal-Covid. Huma nqabdu mal-wasla tagħhom mir-Renju Unit, l-iscannjar taċ-ċertifikati indika li l-ismijiet ma kinux qed jaqblu mal-ismijiet tagħhom. Huma ammettew l-akkużi.

F’każ separat żewġ Sirjani, Nassr Jaber ta’ 30 sena u Hamid Adou ta’ 22 sena, intbagħtu sitt xhur ħabs wara li nqabdu jivvjaġġaw b’dokumenti foloz tal-identità. Huma waslu Malta b’titjira mill-Greċja u ammettew l-akkużi kontrihom. Anki Mohammed Ahmed Osman, Sudaniż ta’ 23 sena intbagħat sitt xhur ħabs wara li nqabad jipprova jivvjaġġa lejn Bergamo l-Italja b’dokument falz. Huwa ammetta l-akkużi kontrih.