COVID-19
Żewġt irġiel imutu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19

L-għadd ta’ persuni li għandhom il-Covid tela’ għal 1,007 wara li feġġew 83 każ ġdid ta’ Covid waqt li fiequ 28.

Fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw il-kura 13-il pazjent li għandhom il-virus bi 2 minnhom jinsabu fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet tela’ għal 466 wara li bejn ilbieraħ u dalgħodu mietu żewġt irġiel ta’ 63 u 76 sena waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 939,732 doża tal-vaċċin b’104,989 minnhom kienu l-booster.