Kronaka
Ġuvni fil-periklu tal-mewt u ieħor midrub gravi wara li ttajru f’B’Kara

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn irriżulta li żewġt irġiel; wieħed ta’ 20 sena residenti l-Fgura u ieħor ta’ 28 sena residenti San Ġwann, għal xi raġuni ntlaqtu minn vettura tat-tip Peugeot 2008 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena mill-Mqabba.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, il-ġuvni ta’ 20 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l- ġuvni ta’ 28 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farruġia li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Kronaka

Rumen ta’ 30 sena darab ġrieħi gravi wara li l-forklifter li kien riekeb fuqu nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:15 ġewwa t-Tarzna fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Il-forklifter kien misjuq…

Kronaka

Għall-ħabta tat-3am, karozza tat-tip Nissan Juke nqerdet bin-nar fi Triq Giuseppi Cali, Ta’ Xbiex. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post fejn tfew in-nar li ħakem lill-karozza. Fl-inċident, żewġ vetturi oħra…

Aktar