Qorti
Żewġt irġiel meħlusa mill-akkużi li ppruvaw jiffrodaw lil Lombard Bank

Alexey Eremichev u Roman Shiryan ġew liberati minn akkużi li ppruvaw jiffrodaw lil Lombard Bank meta ppruvaw isarrfu 1.5 miljun dollaru b’dokumenti falsifikati.

Il-Qorti semgħat kif iż-żewġ Russi kienu marru l-bank biex isarrfu bearer bonds li kienu ilhom li nqatgħu għal aktar minn tletin sena iżda ndunaw li dawn iċ-ċertifikati ma kienux qed jagħmlu sens għax kellhom l-istess numru ta’ referenza u ma kienux maħruġin mill-bank, minkejja li kellhom logo li kien jixbaħ ħafna lil dak tal-Lombard Bank.

L-Ispettur Christabelle Chetcuti qalet li Alexey qallha li niżel Malta speċifikament biex jagħmel il-verifiki dwar dawn id-dokumenti. Mix-xhieda tal-esperti, irriżulta wkoll li d-dokumenti ma kellhom l-ebda fattur ta’ sigurtà.

Minkejja dan, il-Qorti sabitha diffiċli biex tislet provi ċari li l-imputati riedu jagħmlu użu minn dawn id-dokumenti u li kienu konxji li dawn id-dokumenti kienu foloz.

Dwar l-akkuża li ż-żewġ Russi kellhom fil-pussess tagħhom oġġetti għall-użu fit-twettiq ta’ frodi, il-Qorti kkonkludiet li l-bank qatt ma seta’ jkun iffrodat bihom għax huwa ċar li ma kienux validi. Minkejja li l-imputati ma nstabux ħatja, ordnat il-konfiskar u d-distruzzjoni ta’ dawn iċ-ċertifikati.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġt irġiel ġew arrestati llum fuq suspett li lbieraħ kienu involuti f’aggressjoni f’Buġibba. Il-Pulizija qalet li kmieni lbieraħ, għall-ħabta tal-5.00am, fl-Għassa tal-Qawra daħlu żewġt irġiel barranin, b’wieħed minnhom bid-demm ħiereġ…

Trasport

Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali Charles Deguara li ġie pprezentat lill-Parlament wera li l-kuntratt bejn Transport Malta u l-operatur Spanjol Autobus de Leon ġeneralment jissodisfa l-prinċipji ta’ prassi tajba iżda għandu xi…

Saħħa

Anzjani u persuni b’diżabbiltà fil-Fgura u Ħaż-Żabbar ingħaqdu ma’ dawk ta’ Birkirkara u l-Mosta fis-servizz ta’ flebotomija minn darhom. Persuni li għandhom problemi ta’ mobbiltà qed jitteħdilhom id-demm għat-testijiet mill-kumdità…

Infrastruttura

Infrastructure Malta ħabbret li llejla se jkun qed isir xogħol biex tittella fuq il-post gverta ta’ 34 metru tal-pont ġdid għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u…

Aktar