Qorti
Żewġt irġiel mixlija li serqu pannelli minn parkeġġ fir-Rabat

Żewġt irġiel Għawdxin ġew akkużati, fost oħrajn, b’serq aggravat ta’ pannelli minn parkeġġ fir-Rabat. L-irġiel ġew akkużati wkoll li huma riċedivi.

Ir-raġel mix-Xagħra ta’ 49 sena wieġeb mhux ħati għall-akkużi u ngħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet garanzija personali ta’ €7,000.

Ir-raġel miż-Żebbuġ wieġeb ħati għall-akkużi u l-kawża ġiet differeta għall-11 ta’ Mejju. Hu ngħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet u garanzija personali ta’ €15,000.