Lokali
Żewġt irġiel u mara m’għadhomx imfittxijin mill-Pulizija

Ibrahim Yassine, Libjan ta’ 40 sena, Andres Felipe Quimbaya Nieto, Spanjol ta’ 23 sena u Emmi Amanda Kumpulainen, Finlandiża ta’ 21 sena m’għadhomx qed jiġu mfittxa mill-Pulizija.

Dawn it-tliet persuni kienu fost grupp ta’ ħamsa li kienu qegħdin jiġu mfittxija mill-Pulizija sabiex jidhru quddiem il-Qorti. Magħhom kien qed jiġi mfittex ukoll it-Taljan Emanule Rebora li wkoll m’għadux jiġi mfittex mill-Pulizija. L-uniku wieħed li fadal imfittex huwa Habte Mariam Tsegethans, Eritrean ta’ 31 sena. (ritratt)

Fi stqarrija, il-Pulizija tat ħajr lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.